AĠĠORNATA: Ċiklist jitlef ħajtu wara inċident fatali f'Marsaskala

Ċiklist jitlef ħajtu dalgħodu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m.

Ritratt: Puluzija ta' Malta
Ritratt: Puluzija ta' Malta

Aġġornata fis-12:45pm bl-istqarrija tal-puluzija

Ċiklist tilef ħajtu dalgħodu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m. fi Triq Villabate, Marsaskala.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn van Peugeot Partner li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorju u residenti l-Marsa, Nissan March li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 43 sena u ċiklist ta’ 67 sena residenti ż-Żejtun

Ritratt: Il-Puluzija ta' Malta
Ritratt: Il-Puluzija ta' Malta

Fin-Nissan kien hemm ukoll Taljana ta’ 38 sena li ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza bil-kundizzjoni tagħha għada mhux magħrufa. 

Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet. Il-kundizzjoni tat-Taljana għadha mhix magħrufa.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija