Iweġġa' gravi wara li tolqotlu l-mutur karozza u tibqa' sejra

Motoċiklist ta' 21 sena jintlaqatlu l-mutur minn karozza li baqgħet sejra u jweġġa' gravi f’inċident tat-traffiku f'Kennedy Drive, San Pawl il-Baħar

Il-mutur tal-motoċiklist midrub (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta)
Il-mutur tal-motoċiklist midrub (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta)

Raġel ta' 21 sena min-Nepal iweġġa' gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f'Kennedy Drive, San Pawl il-Baħar.

Skont l-istħarriġ tal-pulizija, ir-raġel kien qed isuq il-mutur Peugeot Tweet tiegħu meta ntlaqat minn vettura li baqgħet għaddejja.

Issejjaħ tim mediku fuq il-post biex jagħti kura lir-raġel, li mbagħad ħadu l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza.

Hemmhekk, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Qrati u Pulizija