Raġel jammetti li seraq €11,000 f’deheb u attakka lill-ex sieħba – Qorti toħroġ ordni ta’ trażżin u piena sospiża

 

Denzil Bartolo ammetta li seraq ġojjellerija ta’ €11,000 mid-dar tal-ex sieħba tiegħu u li attakkaha b’siġġu. Il-Qorti kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ħarġet ordni ta’ trażżin biex tipproteġi lill-vittma

 

Raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar ammetta fil-Qorti li seraq ġojjellerija li tammonta għal  €11,000 u li attakka lill-exsieħba tiegħu ġewwa d-dar tagħha  – ftit wara li kienet ħadet lit-tifla tagħha l-iskola.

Denzil Bartolo deher quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech fejn wieġeb ħati għall-akkużi. Il-Qorti kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ħarġet ordni ta’ trażżin biex jipproteġi lill-vittma.

L-inċident seħħ filgħodu, nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju, fid-dar tal-vittma, il-Belt Valletta. Skont it-testimonjanzi ppreżentati fil-Qorti, il-vittma semgħet ħoss waqt li kienet rieqda iżda ma tatx każ, u raqdet. Filgħodu sabet lil Bartolo rieqed fuq is-sufan.

Biex tevita konfrontazzjoni quddiem it-tifla, ħaditha l-iskola. Madanakollu, meta rritornat waħedha, ippruvat tqajjem lil Bartolo – iżda f’dak il-mument, il-konfrontazzjoni eskalat. Huwa allegatament attakkaha b’siġġu, u wara hija nnotat li kien hemm nieqsa ġojjellerija ta’ valur sostanzjali.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Antonello Magri u l-Avukata tal-Avukat Ġenerali Dr Valentina Cassar.

L-avukat tad-difiża kien Matthew Xuereb, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri deheru bħala parte civile f’isem il-vittma.

 

More in Qrati u Pulizija