Il-pulizija tinterroga lil Robert Aquilina wara rapport ta’ inċident serju domestiku serju

Il-personalità pubblika u nutar Robert Aquilina ġie interrogat mill-Pulizija wara inċident domestiku serju li seħħ fid-dar tiegħu, u li wassal għal rapport minn membru tal-familja tiegħu 

 Robert Aquilina dieħel id-depot
Robert Aquilina dieħel id-depot

In-Nutar Robert Aquilina, personalita’ magħrufa mal-għaqda Repubblika u kif ukoll f’inkjesti maġisterjali, ġie interrogat illum wara inċident domestiku serju fil-konfront ta’ wieħed mill-familjari tiegħu wara rapport li sar lill-pulizija il-bieraħ wara nofsinhar.  

Dan sar wara intervent minn pulizija li kien għassa fixed point quddiem id-dar ta’ Aquilina wara li kien hemm ħafna għajjat u storbju fid-dar tiegħu.

Aquilina insista mal-pulizija li ma kien hemm l-ebda problema iżda f’dak il-ħin persuna fid-dar talbet għall-għajnuna.

Din il-gazzetta hija nfurmata li wara intervent mill-pulizija prezenti, sar rapport kontra Robert Aquilina minn membru tal-familja tiegħu.  
Huwa mifhum li saret talba biex jiġi arrestat, liema talba ġiet irrifjutata mill-maġistrat tal-għassa. 

Min-naħa tiegħu, il-Maġistrat ordna lill-Pulizija biex jibagħtu mill-ewwel għal Aquilina. Il-Pulizija minnufih talbuh imur sad-depot għall-interrogazzjoni. 

Robert Aquilina huwa assistit mill-avukat Arthur Azzopardi.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej 

More in Qrati u Pulizija