’Il fuq minn 2,600 każ ta’ vjolenza domestika fil-qrati Maltin

Meta tqabbel in-numru ta’ każijiet irrappurtati kontra n-numru ta’ każijiet li qed jinstemgħu fil-Qorti, wieħed irid jistaqsi jekk is-sistema ġudizzjarja hix tlaħħaq mal-każijiet ta’ vjolenza domestika

Każijiet ta’ vjolenza domestika li qed jinstemgħu bħalissa huwa dak ta’ 2,596 quddiem il-Qrati ta’ Malta u 55 quddiem il-Qorti ta’ Għawdex.
Każijiet ta’ vjolenza domestika li qed jinstemgħu bħalissa huwa dak ta’ 2,596 quddiem il-Qrati ta’ Malta u 55 quddiem il-Qorti ta’ Għawdex.

Jidher illi bħalissa hemm iktar minn 2,600 każ ta’ vjolenza domestika għaddejjin fil-qrati Maltin. Dawn jinkludu każijiet li qed jinstemgħu, kemm quddiem il-Qrati ta’ Malta, kif ukoll quddiem il-Qorti t’Għawdex. 

Iċ-ċifra totali ta’ każijiet li qed jinstemgħu fil-qrati bħalissa hija ta’ 2,651 każ, fejn 2,596 każ qed jinstemgħu fil-Qrati ta’ Malta filwaqt li 55 każ qed jinstemgħu fil-Qorti t’Għawdex. 

Dil-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard. 

2,651 każ fil-Qorti filwaqt li kien hemm 2,225 rapport fl-2024 

Minn rappurtaġġ separat li sar minn dil-gazzetta, konna ħriġna li l-vjolenza domestika dejjem qed tikber, bir-rapporti jiżdiedu sena wara sena. 

Fil-fatt, konna ħriġna li kien hemm total ta’ 2,225 rapport ta’ vjolenza domestika fl-2024, żieda ta’ 154 każ, jew 7%, mill-2023 fejn b’kollox ġew irrappurtati 2,071 każ. 

Meta tqabbel in-numru ta’ każijiet irrappurtati kontra n-numru ta’ każijiet li qed jinstemgħu fil-Qorti, wieħed irid jistaqsi jekk is-sistema ġudizzjarja hix tlaħħaq mal-każijiet ta’ vjolenza domestika. 

More in Qrati u Pulizija