Jitressaq il-Qorti wara li jinqabad ikabbar mal-20 pjanta tal-kannabis

Ir-raġel, Ġermaniż ta' 27 sena, inqabad jikkoltiva iktar pjanti tal-kannabis minn kemm hu permess mil-liġi fir-residenza tiegħu n-Nadur

Il-pjanti li kienu qed jitkabbru mill-akkużat (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta)
Il-pjanti li kienu qed jitkabbru mill-akkużat (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta)

Ġermaniż ta' 27 sena ħa jitressaq il-Qorti t'Għawdex llum waraq li nqabad ikabbar iktar pjanti tal-kannabis minn kemm hu permess mil-liġi.

Ir-raġel se jitressaq għall-ħabta tan-nofsiegħa u se jidher quddiem il-Maġistrat Simone Grech.

Il-Ġermaniż inqabad f'operazzjoni konġunta bejn sezzjonijiet differenti tal-pulizija fejn, wara sorveljanza tar-residenza tal-akkużat, daħlu jagħmlu tfittxija fil-post.

Hemmhekk skoprew mal-20 pjanta tal-kannabis ta' diversi daqsijiet, żrieragħ tal-istess pjanta, u apparat relatat mal-kultivazzjoni tal-kannabis.

 

More in Qrati u Pulizija