Arrestati żewġt irġiel fin-Naxxar b'rabta m'attentat ta' serqa aktar kmieni llum

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet

Is-Sibt filgħodu l-Pulizija arrestat żewġt irġiel in-Naxxar, b'rabta ma'' serqa fl-istess lokalità.

L-irġiel, wieħed ta' 38 sena minn Santa Venera u iehor ta' 59 sena mix-Xagħra, qed jinżammu arrestati b'rabta ma' investigazzjonijiet oħra.

Il-Pulizija qallu li din il-gazzetta li għall-ħabta tad-9:15am, rċievew rapporti "ta' attentat ta' serqa." Aktar tard fi staqrrija, il-pulizija spjegaw li rċievew informazzjoni rigward żewġ min-nies li sgassaw bieb ta' dar u daħlu ġewwa fi Triq il-Buzjett, in-Naxxar. Meta l-pulizija marret fuq il-post, nnutaw fl-akkwati żewġt irġiel li jaqblu mad-deskrizzjoni li rċevew.

Mistoqsija dwar jekk l-investigazzjonijiet humiex marbuta mas-serje ta' ta' serq li qed issir fl-istess naħat ta' malta, fosthom San Ġwann, il-pulizija qalu "li għadu kmieni biex dan ikun ikkonfermat".

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.

More in Qrati u Pulizija