Il-pulizija jirnexxilha tkisser grupp ta’ kriminalità organizzata li kien qed jimporta u jittraffika d-droga madwar l-Ewropa wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet.
Permezz tal-intelligence-led policing, il-pulizija akkwistat biżżejjed informazzjoni biex tiċċirkonda blokka ta’ appartamenti fi Triq Alfred Craig, Tal-Pietà.
Minn dil-blokka, il-pulizija arrestat erba’ Rumeni, tliet irġiel u mara, u skopriet ammont sostanzjali ta’ kannabis. Bejn wieħed u ieħor, il-pulizija elevat mal-10 kilogramma ħaxixa tal-kannabis, b’valur fis-suq ta’ madwar €150,000.
Apparti l-arrestati msemmijin hawn fuq, il-pulizija arrestat Rumen ieħor minn lukanda fil-Gżira.
L-arrestati tressqu quddiem il-qorti nhar is-Sibt li għadda quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia.