Fattiga akkużata bis-serq ta' ġojjelli u flus mid-djar ta' anzjani li kienet tieħu ħsieb

Fattiga, li kienet tieħu ħsieb tliet anzjani, tressqet il-Qorti akkużata bis-serq ta’ flus kontanti, ġojjelli u credit card minn dar ta’ tliet anzjani li kienet taħdem għalihom

Fattiga, ta’ 56 sena minn Ħaż-Żabbar, wieġbet mhux ħatja għall-akkużi ta’ serq miġjuba kontriha s-Sibt filgħodu.

Il-mara, tressqet il-Qorti wara li ġiet akkużata bis-serq ta’ flus kontanti, ġojjelli u credit card minn dar ta’ tliet anzjani li kienet taħdem għalihom.

L-avukat difensur talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-biża ta’ intralċ ta’ provi

L-allegati reati seħħew mill-2022.

Il-Qorti semgħet kif l-akkużata kienet ilha taħdem bħala carer u fattiga għal numru ta’ snin. L-allegatament vittmi għandhom ‘l fuq minn 80 sena u l-valur tal-oġġetti misruqha jammontaw għal eluf ta’ ewro.

Il-Maġistrat Asrid May Grima ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Kitcher flimkien mal-Avukat Brandon Bonnici f’isem l-Avukat Ġenerali waqt li l-Avukat Nicholas Mifsud deher għall-akkużata.

More in Qrati u Pulizija