Raġel ta’ 36 sena minn Birkirkara jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Tim mediku mar fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, iżda minkejja li ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit wara

Raġel ta’ 36 sena minn Birkirkara tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħamis filgħaxija f’Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

Skont il-Pulizija, l-inċident ġara għall-ħabta tat-8:15pm. Minn informazzjoni preliminari, irriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Honda meta tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’ħajt.

Tim mediku mar fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, iżda minkejja li ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia inħatar biex imexxi inkjesta dwar il-każ, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija