Magħluqa l-provi kontra Roderick Cassar, tibda' l-istennija għall-iskedar tal-ġurija

Il-proċeduri fil-każ ta’ Roderick Cassar, akkużat li fit-22 ta’ Novembru 2022 qatel lil martu Bernice b’tiri ta’ arma tan-nar f’Kordin, issa ġew konklużi.

Il-proċeduri fil-każ ta’ Roderick Cassar, akkużat li fit-22 ta’ Novembru 2022 qatel lil martu Bernice b’tiri ta’ arma tan-nar f’Kordin, issa ġew konklużi. Dan ifisser li issa uffiċjalment tibda' l-istennija fuq meta se jkun skedat il-ġuri.

Il-prosekuzzjoni u d-difiża temmew is-sottomissjonijiet kollha meħtieġa, inkluż punti legali rilevanti qabel ma jibda l-ġuri. Waqt seduta quddiem l-Imħallef Neville Camilleri, l-Avukat Marita Pace Dimech, li qed tirrappreżenta lill-familja ta’ Bernice Cilia, qalet lill-Qorti li l-parte civile u l-prosekuzzjoni huma preparati biex il-kawża tkompli quddiem ġurati.

Bernice Cassar inqatlet minn żewġ tiri ta’ arma tan-nar, wieħed f’wiċċha u ieħor f’sidirha, waqt li kienet sejra għax-xogħol qrib il-kampus tal-MCAST f’Kordin. Cassar ġie arrestat wara 17-il siegħa ta’ negozjar mal-Pulizija, wara li beda' jhedded li jagħmel suwiċidju bl-istess arma li biha allegatament wettaq il-qtil.

Fir-rigward ta’ Roderick Cassar, il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Angele Vella f’isem l-Avukat Ġenerali, waqt li Cassar qed jidher assistit mill-Avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi. L-Avukat Marita Pace Dimech qed tirrappreżenta l-familja tal-vittma.

More in Qrati u Pulizija