Raġel arrestat wara li aggredixxa pulizija fl-Għassa ta’ Tas-Sliema

Raġel jinżamm arrestat wara li l-Ġimgħa filgħaxija aggredixxa pulizija fl-Għassa ta’ Tas-Sliema. 

L-Għassa ta' Tas-Sliema minn barra (Ritratt: Google Maps)
L-Għassa ta' Tas-Sliema minn barra (Ritratt: Google Maps)

Malti ta’ 39 sena qiegħed jinżamm arrestat wara li l-Ġimgħa filgħaxija aggredixxa pulizija fl-Għassa ta’ Tas-Sliema. 

Il-pulizija qalet li dan seħħ meta l-pulizija kienu qegħdin jitkellmu ma’ qarib ta’ din il-persuna b’rabta ma’ rapport ta’ sewqan perikoluż. 

Ir-raġel ta’ 39 sena daħal fl-għassa u beda jgħolli leħnu u jħabbat mal-perspex. Minkejja t-twissijiet mill-pulizija huwa sar aggressiv fil-konfront tal-Pulizija.  

Ir-raġel ma obdiex l-ordnijiet u kien hawn li mbotta pulizija mal-ħajt u sar aktar aggressiv. 

Huwa beda jirreżisti l-arrest, bil-konsegwenza li l-pulizija sofra ksur f’idejh u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, waqt li żewġ pulizija oħra sofrew ġrieħi ħfief. 

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti. Infetħet ukoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici.

More in Qrati u Pulizija