Żewġ nisa jeħlu sena ħabs sospiżi talli mexxew burdell fl-Iklin

Żewġ nisa tressqu l-Qorti t-Tnejn filgħodu wara li ġew nnotati numru ta’ rġiel deħlin u ħerġin minn residenza fl-Iklin • Iż-żewġ nisa nqabbdu f'atti sesswali malli l-Pulzija daħlet fir-residenza

Mara ta’ 36 sena ġiet ikkundannata għal sena ħabs, sospiża għal tliet snin, wara li l-Qorti sabitha ħatja li mexxiet burdell fl-Iklin.

Raisa Cialov, ta’ 36 sena, u Snejana Belocurenco, ta’ 29 sena, it-tnejn mill-Moldova, tressqu l-Qorti t-Tnejn filgħodu wara li ġew nnotati numru ta’ rġiel deħlin u ħerġin minn residenza fl-Iklin.

Il-Pulizija daħlu fir-residenza fejn qabdu liż-żewġ nisa f’atti sesswali.

Min-naħa tagħha, Belecurenco ammettiet għall-akkuzi mal-ewwel u ġiet ikkundannata sena ħabs sospiżi għal erbgħa snin.

L-Erbgħa filgħodu l-Maġistrat Astrid May Grima kellha tibda tisma l-każ fil-konfront ta’ Cialov iżda fil-bidu tal-proċeduri għażlet li tammetti għall-akkużi miġjubin kontriha.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Marshal Mallia.

More in Qrati u Pulizija