AĠĠORNAT | Joseph Muscat iwieġeb 'assolutament mhux ħati'

In-nies jibdew jinġabru mumenti qabel il-wasla tal-ewwel akkużati b’konnessjoni mal-kawża Vitals, inkluż l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, u l-eks Chief of Staff Keith Schembri

Antiċipazzjoni rebħet iil-Belt Valletta t-Tlieta filgħodu, hekk kif bdew jitressqu l-ewwel akkużati b’konnessjoni mal-kawża Vitals.

Fost l-14-il persuna illi tressqu matul l-għodu tat-Tlieta kien hemm l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, u l-eks Chief of Staff Keith Schembri.

Huma tressqu quddiem il-maġistrat Rachel Montebello, b’akkużi ta’ ħasil tal-flus, frodi, qligħ frawdolenti, li ħadmu b’konfoffa sabiex jitwettaq reat, u li pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali b’aktar minn 10 membri.

Il-lista tal-ewwel grupp mressaq bl-akkużi marbuta mal-Inkjesta Vital tinkludi 14-il persuna, u 14-il kumpanija.

Jibdew jaslu l-akkużati

Malli daqqew l-10:30am wħud mill-akkużati bdew jaslu, inkluż lill-eks Chief of Staff Keith Schembri, li ġie milqugħ b'ċapċip, bews u l-għajta ta' 'Viva l-Labour.' 

Ftit mumenti qabel, deher jgħaddi wkoll mir-rassa tan-nies l-eks direttur ta' Progress Press Adrian Hillman.

Il-folla li aktar ma jmur aktar bdiet tikber, laqgħat ukoll lil Manuel Cuschieri, esponent tal-Partit Laburista, li nistgħu ngħidu kien kważi l-moħħ wara l-laqgħa tal-lum. 

Kmieni filgħodu, dehru taħt sigurtà totali tal-pulizija jidħlu l-Qorti ukoll, il-President Onorarju tal-NGO Repubblika, u l-avukat tal-istess soċjeta ċivili Jason Azzopardi.

Mat-tokki tal-11am, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat deher quddiem il-Qorti, akkumpanjat minn esponenti tal-Partit Laburista, u martu Michelle.

14-il persuna, 14-il kumpanija: Dawn huma l-akkużati tal-ewwel grupp

Joseph Muscat u Mizzi qed jiffaċċjaw akkużi li aċċettaw tixħim u korruzzjoni f’karigi pubbliċi. Keith Schembri qed jiġi akkużat b’reati relatati ma’ solleċitazzjoni ta’ tixħim u abbuż tal-kariga tiegħu biex jiġi akkwistat vantaġġ illegali “permezz ta’ theddid jew abbuż ta’ awtorità”.

Brian Tonna u Karl Cini, għandhom jiġu akkużati flimkien mad-ditta tagħhom Nexia BT li għenu lil Muscat biex jaċċetta tixħim.

L-eks direttur ta’ Progress Press Adrian Hillman u n-negozjant Pierre Sladden qed jiġu akkużati wkoll b’ħasil ta’ flus.

Intant, għadd ta’ avukati, awdituri u segretarji oħra qed jiġu akkużati llum.

Dawn huma: David Joseph Meli, Clarence John Conger-Thomson, Christopher Spiteri, Jonathan Vella, Ivan Vassallo, Mario Victor Gatt u Brian Bondin.

Minn ġol-Qorti

Ġewwa l-bini tal-Qorti, l-avukati ta’ Muscat, Charlon Gouder u Vince Galea, għamluha punt biex jieħdu b'idejn l-avukat Jason Azzopardi hekk kif telgħu t-taraġ. Azzopardi, f’isem ir-Repubblika, kien iffirma l-erba’ applikazzjonijiet li talbu l-inkjesta.

Repubblika kienet l-NGO li fetħet l-inkjesta Vitals, f'Novembru tal-2019. Erbgħa snin wara, propju fil-ġurnata li nfettħu n-nominazzjonijiet gaħll-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew, Malta kellha l-konferma li l-Inkjesta ġiet magħluqa. Propju ftit jiem qabel, l-Avukat Ġenerali rċeviet mill-Maġistrat Gabriella Vella, 78 kaxxa ta' evidenza.

In-nies qed jitħallew jidħlu ġewwa l-Qorti, bil-każ jinstegħma f’awla 22. Din hija l-ikbar sala fil-binja.

Il-ġurnalist Matthew Agius kien ġewwa l-awla, lest biex jirraporta. Jiddeskrivi l-atmosfera, huwa qal li qed ra numru ta’ kaxxex fuq xulxin. Madwar 28 kaxxa, x’aktar evidenza fiżika,  jistrieħu qabel jiġu esebiti.

Ġewwa l-awla 22

Awla 22 hija normalment użata għal kawżi kriminali, u l-ġurija. Fuq ix-xelluq tal-kamra hemm il-prosekuturi, u l-uffiċjali tal-pulizija.

Il-kumplament tal-kamra mimlija avukati, b’kollox 27. Il-ġurnalisti qegħdin bilqegħda fil-gallerija tal-pubblika.

Il-Maġistrat Rachel Montebello daħlet fil-kamra, u wara daqqa t’għajn tal-atmosfera wissiet għal proċeduri ċivilizatti u ordni.

Il-maġistrat spjegat lill-avukati kif il-proċeduri se jkunu qed isiru, u x’se tkun l-ordni ta’ kif il-mistoqsijiet u sottomessjonijiet.

Inżommu f’moħħna, li minkejja n-numru kbir ta’ avukati, avuykat wieħed biss għal kull imputat jista’ jitkellem.

L-avukat Stefano Filetti, jgħid lill-Qorti li Adrian Hillman, residenti l-Ingilterra, kellu jiġi Malta għas-smigħ, u għalhekk qed jirrinunzja għad-dritt speċjali, u jagħżel li jikkontesta l-akkużi f’Malta. 

Wara l-esebizzjoni taċ-ċertifikati tat-twelid, u r-rekord kriminali ta’ kull akkużat, waħda, waħda, kull akkuża qed tinqara mill-prosekutur Francesco Refalo.

Minħabba l-ammont kbir ta’ akkużi, u akkużati, din il-proċedura ħadet aktar minn tliet kwarti.

Muscat iwieġeb mhux ħati

Il-persuni akkużati kollha ntalbu jressqu t-talbiet tagħhom. Kif mistenni, kulħadd wieġeb mhux ħati. Dawn jinkludu l-manager tal-IT Clarence Conger Thompson, l-awdituri Christopher Spiteri u Jonathan Vella, l-avukat David Meli, il-fornitur ta’ tagħmir mediku Ivan Vassallo u sieħbu fin-negozju Mario Victor Gatt.

Brian Bondin ta’ Mtrace jgħid lill-qorti li hu maniġer ġenerali u jwieġeb mhux ħati. Adrian Hillman jagħti “lettur universitarju" bħala l-professjoni tiegħu u jwieġeb mhux ħati. In-negozjant Pierre Sladden, ukoll mhux ħati.

Hekk kif Joseph Muscat jintalab jitlob, jgħid li huwa self-employed, jaħdem bħala konsulent fl-ekonomija u l-management. Meta mitlub idaħħal it-talba tiegħu, huwa jwieġeb: "Assolutament mhux ħati".

Konrad Mizzi, li jgħid li huwa konsulent, iwieġeb mhux ħati wkoll. “Sid tan-negozju” Keith Schembri bl-istess mod iwieġeb mhux ħati.

Id-difiża titlob spjegazzjoni għall-ammont speċifikat fl-ordnijiet tal-iffriżar

L-Avukat Franco Debono insista fuq ġustifikazzjoni tal-ammonti speċifikati fl-ordnijiet tal-iffriżar. “Il-klijent tagħna ma ġiex mitkellem jew ma ngħata l-ebda twissija, Debono qal.

Il-Prosekutur Refalo jgħid li jagħmel sens kronoloġiku li l-akkużi u l-evidenza li jsostnuhom jiġu esebiti qabel ma tiġi diskussa t-talba għal ordnijiet ta’ ffriżar. 

Ikun l-Avukat Edward Gatt li hawn jgħid li d-difiża għandha bżonn iż-żmien biex teżamina l-evidenza qabel ma tkun tista’ tikkontesta l-ordni tal-iffriżar, filwaqt li rrimarka li l-prosekuzzjoni se tesibixxi l-proċess verbali u tużaha biex tiġġustifika t-talbiet, meta fil-verità “l-obbligu ta’ divulgazzjoni jorbot lill-Avukat Ġenerali biex jagħti struzzjonijiet lill-pulizija biex jagħmlu dan.”

Gatt jgħid li l-Qorti ma tistax tippretendi li huwa joġġezzjona għall-iffriżar meta l-inkjesta għadha ħa tiddaħalha bħala evidenza.

Intant, l-Avukat Stefano Filletti rrimarka li l-ordnijiet ta’ sekwestru u ffriżar ma kinux rakkomandati fl-inkjesta, iżda minflok ġew mill-Avukat Ġenerali.

"Għalhekk fil-jumejn qabel ma nħarġu l-akkużi, l-Avukat Ġenerali għadditha  u stabbilixxiet l-ammonti," żied jgħid Filletti.

Wara mumenti, il-Qorti talbet lill-prosekuzzjoni biex tidentifika l-evidenza rilevanti għall-ordni tal-iffriżar, Refalo indika għall-munzell ta’ kaxxi u torrijiet tal-kompjuters. "Din hija l-evidenza," qal.

Wieħed mill-avukati jerġa’ jitlob lill-ħames prosekuturi jindikaw minn fejn joħroġ l-ammont ta’ qligħ kriminali.

Refalo jwieġeb: “Jekk tħares biss lejn l-1200 paġna li ġew żvelati lid-difiża, minn paġna 1109 'il quddiem, hemm lista tar-reati li huma akkużati bihom il-klijenti tagħhom. Għandna x-xorti li kellna maġistrat inkwirenti li ħa l-inizjattiva biex jagħmel dan.”

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Qrati u Pulizija