Raġel iweġġa' gravi wara li tilef kontroll tal-mutur li kien fuqu

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei l-Ħadd waranofsinhar wara inċident tat-traffiku r-Rabat

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei l-Ħadd waranofsinhar wara inċident tat-traffiku r-Rabat.

Ir-raġel ta’ 58 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Yamaha Crypton, tilef il-kontroll u waqa’ .

Il-pulizija qalet illi l-inċident seħħ għal xi 2pm, fi Triq il-Kbira, ir-Rabat.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija