Raġel li kien arrestat f'Paceville u kellu 50 qartas kokaina fil-pussess tiegħu wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta' traffikar tad-drogi.
Peter Bajic, ta' 35 sena u residenti Baħar iċ-Ċagħaq, tressaq quddiem il-Maġistrar Monica Vella s-Sibt, wara li l-pulizija waqqfuh f'Paceville nhar il-Ħamis filgħaxija. Hemm hekk sabulu 70g kokaina mqassma f'50 qartas fuqu.
Ftit mill-qratas kien fihom 0.5g tas-sustanza u qratas oħrajn kien fihom 5g.
L-ispettur Jonathan Pace qal li kienet wasslithom xi informazzjoni dwar Bajic li qed ibiegħ id-drogi f'Paceville li wasslet għal-arrest tiegħu. Il-pulizija waqqfu lis-suspettat hu u ħiereġ mill-karozza tiegħu. It-tfittxija seret wara l-arrest tiegħu hekk għall-ħabta tad-9:30pm, u sabu wkoll miżien fil-karozza tiegħu.
Bajic ġiem mixli fuq traffikar ta' kokaina, importa u biegħ kokaina, kellu drogi fil-pussess tiegħu f'ċirkostanzi li wrew ma kinux għall-użu personali. Kien mixli wkoll li kkommetta reati 100 metri 'l bogħod minn post li fih jiltaqgħu żgħażagħ.
Huwa ċaħad l-akkużi u wieġeb mhux ħati għall-akkużi. L-avukati tiegħu, Jessica Formosa u Shazoo Ghaznavi ma għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest.
Mhux l-ewwel darba li Bajic resaq il-qorti. F'Jannar 2024, huwa kien akkużat, flimkien ma' oħrajn, b'konessjoni ta' attakk fl-Ewwel tas-Sena f'Paceville quddiem club fejn kien qed jaħdem bħala gwardjan tas-sigirtà. Huwa kien wieġeb mhux ħati u huwa mifhum li kien inħeles mill-arrest.