Multa ta’ €2,700 għal raġel li ffalsifika kuntratti ta’ proprjetà mhux tiegħu

Ir-rapel ammetta għall-akkużi waqt seduta tal-Qorti u ġie mmultat €2,700

Raġel ġie immultat €2,700 wara li ammetta li ffalsifika kuntratti tal-kiri fuq proprjetà li ma kienx sid tagħha waqt eżerċizzju għal-applikazzjoni tal-identità.

L-akkużat Alan Bonnici kien suspettat li ffalsifika reġistrazzjonijiet fi proprjetà li tinsab f'Ħal Qormi mill-Awtorità tad-Djar (HA). Is-suspett wassal lill-awtorità biex tispezzjona s-sit inkwistjoni sabiex tikkonferma jekk il-proprjetà kinitx qed tinkera.

Il-HA sabet li l-proprjetà ma kinitx qed tinkera, peress li kienet proprjetà privata. Wara li kkuntattjat lil sid is-sit, l-awtorità saret taf li l-proprjetà inkwistjoni ma kellha l-ebda rabtiet ma’ Bonnici jew in-nies li kienet mikrija lilhom.

Il-proprjetà kienet soġġetta għal żewġ kuntratti reġistrati lil sitta sa tmien persuni, peress li l-bini kien mikrija bħala spazji li kien qed jinqasam.

Irriżulta li Bonnici kien ilu juża l-proprjetà biex jifforma kuntratti ta’ kiri minkejja li ma kienx proprjetarju tagħha, peress li l-kerrejja kienu joqogħdu x’imkien ieħor. B’hekk, Bonnici kien sempliċement juża l-indirizz tal-propjetà biex jimla l-applikazzjonijiet ta’ Identità.

Bil-provi f’idejhom, l-HA ipproċediet biex titlob lill-pulizija biex tressaq lil Bonnici l-Qorti, b’Bonnici jwieġeb mhux ħati. Madankollu, huwa ammetta għall-akkużi fis-seduta ta’ wara, hekk kif ġie mmultat €2,700.

Bonnici tressaq il-qorti mill-pulizija, b’assistenza mill-Enforcement Unit fi ħdan l-HA.

More in Qrati u Pulizija