Raġel deher quddiem il-Qorti ilbieraħ akkużat li weġġa’ gravi turist wara li seħħet ħabta ħdejn l-Ajruport.
Owen Cremona minn Ħal Tarixen wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrih.
L-Ispettur tal-Pulizija tal-Prosekuzzjoni Paul Camilleri qal lill-Qorti li r-raġel Daniż kien involut f’ħabta ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn missier Cremona tul Triq il-Kunsill tal-Ewropa fl-10 ta’ Marzu.
Wara li ż-żewġt irġiel ħarġu mill-vetturi tagħhom, it-turist allegatament imbutta lil-missier Cremona. Ftit tal-ħin wara huwa wasal fuq il-post u wara li t-turist ipprova jimbottah ukoll, allegatament tah daqqa ta’ ponn f’għajnejh, u weġġgħu gravi.
L-avukat difensur Franco Debono, li qed jassisti lil Cremona, faħħar lill-pulizija talli għażlet li tressaq il-qorti lis-suspettat billi użat ċertu proċedura urġenti li rari tintuża.
L-Avukat Adreana Zammit kienet ukoll avukat difensur.
Il-Maġistrat Kevin Azzopardi qed isirsiedi.