Psikjatra fi ħdan l-Isptar Monte Karmeli kiteb ittra lill-pulizija jiddeskrivi lil Noel Azzopardi, preżentament akkużat bil-qtil ta’ Eric Borg fir-Rabat fl-ewwel jum tas-sena, bħala persuna perikoluża.
Dan kien tnax-il sena ilu, fl-2012.
Minkejja dan il-qorti semgħet illum kif Azzopardi applika u akkwista liċenzja għal xkubetta fl-2016.
Kien biss issa, fi Frar tal-2024, kważi xahrejn wara l-qtil ta’ Borg, li l-Kummissarju tal-Pulizija informa lil Azzopardi b’ittra li l-liċenzja tiegħu ġiet revokata.
Jixhed illum, il-psikjatra Dr. Joseph Cassar sġejag kif huwa sab din l-ittra fid-dokumenti mediċi ta’ Azzopardi.
Il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra Azzopardi kompliet illum quddiem il-maġistrat Marseanne Farrugia.
Il-psikjatra, ġie mqabbad mill-maġistrat sabiex jeżamina l-akkużat, u jestabilllixxi jekk hux tajjeb biex jiġi interogat.
Cassar kien inħatar mill-Maġistrat inkwerenti biex jeżamina lill-imputat u jkun valutat jekk dan kienx tajjeb għall-interrogazzjoni.
Jaqra iċ-ċertifikazzjoni fil-Qorti, it-tabib qal li l-imputat kien fehem l-akkużi, il-fatti u l-piena potenzjali li ffaċċja. Minkejja dan, qal, kien innota wkoll li Azzopardi x’aktarx kien affettwat minn “defiċit konjittiv” u kien fi stat ta’ paranoja.
Cassar qal li kien irrakkomanda li Azzopardi jagħmel testijiet newropsikoloġiċi biex jiġi ddentifikat kwalunkwe kundizzjoni sottostanti possibbli, bħall-awtiżmu.
Il-każ ġie differit għal April.
Azzopardi qed ikun rappreżentat mill-avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alex Miruzzi.
L-Ispettur Wayne Camilleri qed imexxi l-prosekuzzjoni, flimkien mal-avukat Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
L-avukati Joe Giglio u Michela Giglio, qed jirrappreżentaw lill-familja tal-vittma bħala parte civile.