Il-Ġimgħa, għall-ħabta tas-13:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li kien fil-baħar u li kellha bżonn l-assistenza fil-bajja ta’ St Peter’s Pool, ġewwa Delimara limiti ta’ Marsaxlokk.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li għal xi raġuni raġel ta' 69 mir-Rumanija kien waqa’ fil-baħar u sab ruħu f’diffikultà. Il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew infurmati sabiex jassistu fl-operazzjoni ta' salvataġġ. Ir-raġel ittella' mill-baħar u ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna wkoll minn tim mediku iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.