Qorti tikkonferma liberazzjonijiet ta' organizzaturi ta' tiġrijiet fl-2013 wara il-mewt spettatur

Il-Qorti tal-Maġistrati kienet ikkonkludiet li l-inċident seħħ minħabba li l-vittmi kienu ħadu riskji bla bżonn, u sabu lill-akkużati mhux ħatja ta’ akkużi ta’ negliġenza kriminali

Imħallef tal-Qorti tal-Appell ikkonferma l-liberazzjonijiet ta’ erba’ rġiel li kienu ġew akkużati b’rabta ma’ inċident fatali waqt tiġrija tal-poni, u ċaħad it-talba tal-Avukat Ġenerali li l-Qorti tal-Maġistrati kienet fehmetħażin il-fatti.

L-appell kien ġie ppreżentat mill-Avukat Ġenerali fi sforz biex jinqalbu l-liberazzjonijiet tal-irġiel fl-2022 minn akkużi kriminali mressqa b’rabta mal-inċident tal-2013.

F’Ottubru 2022, il-Qorti tal-Maġistrati kienet iddeċidiet li l-ebda wieħed mill-erba’ akkużati, jiġifieri l-ġerrej, l-organizzatur tat-tiġrija jew iż-żewġ uffiċjali li jikru l-post, ma setgħu jinżammu kriminalment responsabbli għall-inċident li rriżulta fil-mewt ta’ Michael Zammit ta’ 50 sena li weġġgħet tifla ta’ 11-il sena.

L-inċident fatali seħħ fit-3 ta’ Mejju, 2013, f’attività ta’ tiġrijiet taż-żwiemel u tal-poni fil-korsa ta’ Ħal Far.

Sandro Cutajar kien qed jtellaq poni ma ieħor, meta f’ħabt au sabta biddel id-direzzjoni u baqa’ dieħel ġol-barrieri ta’ madwar il-korsa. Cutajar tar minn fuqu, u baqa’ sejjer jiġri u laat lil Zammit u tifla ta’ 11-il sena li kienu qiegħdin jaraw it-tiġrijiet.  

It-tifla weġġgħet gravi iżda rkuprat wara operazzjoni. Madankollu, Zammit sofra ksur fil-kranju u qatt ma reġa’  lura f’sensih. 

B’rabta mal-inċident tħarrku erba’ persuni, jiġifieri l-ġerrej, Cutajar; l-organizzatur tal-avveniment Pierre Cuschieri kif ukoll Paul Pace u Jason Camilleri, li dak iż-żmien kienu jokkupaw ir-rwoli ta’ president u segretarju tal-Malta Drag Racing Association.

Il-Qorti tal-Maġistrati kienet ikkonkludiet li l-inċident seħħ minħabba li l-vittmi kienu ħadu riskji bla bżonn, u sabu lill-akkużati mhux ħatja ta’ akkużi ta’ negliġenza kriminali.

Imbagħad l-Avukat Ġenerali ressaq appell, u sostna li l-Qorti tal-Maġistrati ma kinitx fehmet il-fatti tal-każ. 

Fis-sentenza tiegħu dwar l-appell, l-Imħallef Neville Camilleri osserva li x-xhieda kienu indikaw li l-avveniment kien ġie organizzat skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli u kien kopert bil-permessi u l-assigurazzjoni meħtieġa. Kienu preżenti wkoll uffiċjali tal-pulizija, kif ukoll ambulanza u persunal mediku.

L-Imħallef innota li xhieda ta’ fuq il-post kienu xehdu li Zammit, kien qiegħed bilqiegħda fuq il-barrieri madwar il-korsa meta seħħ l-inċident u li t-tifla kienet mixja f’żona perikoluża tul il-korsa.

L-imħallef qabel mas-sejba tal-ewwel qorti li ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li l-erba’ akkużati kienu wrew disprezz imprudenti għas-sigurtà waqt l-avveniment u l-azzjonijiet tagħhom ma kellhom ebda effett fuq l-avveniment traġiku. Lanqas ma kien hemm prova li l-poni biddel triqtu minħabba xi żball ta’ Cutajar. 

Il-barriers, li kienu l-istess li ntużaw waqt l-avvenimenti tal-motorsports, kienu għamlu xogħolhom, qalet il-qorti, iżda kienu l-vittmi li ddeċidew li jpoġġu fuqhom jew jitilqu minn warajhom qalet il-qorti, li kkonfermat il-liberazzjoni.

L-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri, Francesca Zarb, Mark Mifsud Cutajar, Mark Fenech Vella, Josephine Farrugia Mifsud assistew lill-akkużati.

More in Qrati u Pulizija