It-Tnejn, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Kav. Lorenzo Zammit Haber, ix-Xewkija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-quad bike li kien qed isuq u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin