L-aħwa Degiorgio jibqgħu ma jixhdux f'kawża ta' libell

George u Alfred Degiorgio żammew mal-pożizzjoni tagħhom ta’ ġimgħa ilu li ma jixhdux fil-kawża ta’ libell għad-danni li qed jagħmel l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kontra l-avukat Christian Grima

George u Alfred Degiorgio żammew mal-istess fehma tagħhom ta’ ġimgħa ilu li ma jixhdux fil-kawża ta’ libell għad-danni li qed jagħmel l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kontra l-avukat Christian Grima.

L-avukat Grima kien qal kiteb fuq il-midja soċjali li Muscat kellu sehem fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-aħwa Degiorgio, kienu ġew ikkundannati 40 sena ħabs kull wieħed wara li kienu ammettew li qatlu lil Caruana Galizia. L-aħwa Degiorgio qali lill-Maġistrat Victor Axiak li ma jridux jixhdu għal numru ta’ raġunijiet.

L-aħwa sostnew li ma jridux jixdhu peress li għandom kawża pendenti marbuta mal-każ tagħhom fil-Qorti Kostituzzjonali u li mhumiex lesti jixhdu “għal xejn”.

Intant, huma lesti li jikkonfermaw dikjarazzjoni li fiha hemm imsemmija figuri għolja tal-Gvern li kienu involuti fil-pjan biex tiġi maqtula l-ġurnalista Caruana Galizia. Madanakollu, ma jridux jixhdu fejn “ħaddieħor spiċċa biex mar biss 15-il sena u huma ġew kkundannati għal 40 sena”. Mhumiex se jiftħu fommhom lanqas fuq eks Ministri Chris Cardona u Carmelo Abela fuq l-allegat involviment tagħhom fil-qtil.

Il-Qorti ordnat d-detenzjoni tal-aħwa, anki jekk huma diġà qed jiskontaw sentenza minħabba r-rifjut tagħhom li jixhdu. F’dan il-każ mistenni jixhed ukoll Melvin Theuma, il-‘middleman’ involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-każ għandu jkompli fid-19 ta’ Frar fl-10.30am.

L-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri li qed jidhru għall-aħwa Degiorgio ikkwotaw proċeduri Kostituzzjonali li għaddejjin bħalissa bħala raġuni għaliex il-klijenti tagħhom m’għandhomx jixhdu f’dan l-istadju.

F’Ottubru tal-2022, Muscat kien ċaħad din l-affermazzjoni bil-qawwa kollha, u qal lill-qorti li Grima kien “qabeż il-linja ħamra b’dawn il-kummenti.” Il-Qorti rrimarkat li l-akkużati kellhom biss dritt li ma jinkriminawx lilhom infushom fi proċedimenti kriminali, ma jikkawżawx preġudizzju għal dawk Kostituzzjonali.

L-Avukati Bianco u Cuschieri qed isostnu li l-proċeduri dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia ma kienux spiċċaw, minħabba li l-kumpilazzjoni tal-provi kontra Yorgen Fenech reġgħet infetħet minħabba “skorrettezza mill-prosekuzzjoni”.

L-avukat Pawlu Lia qed jidher għal Joseph Muscat, l-avukat Carl Grech qed jirrappreżenta lill-Avukat Grima fil-proċeduri.

More in Qrati u Pulizija