Il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia jiftħu kawża ċivili

Il-każ ċivili huwa kontra ħames persuni (u l-kumpaniji tagħhom) li kienu involuti fl-inċident ta’ Kordin li seħħ fit-3 ta’ Diċembru

Il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia se jieħdu azzjoni legali fil-Qrati Ċivili hekk kif qed ifittxu kumpens għal-danni morali u materjali, bis-sapport tal-Public Interest Litigation Network (PILN).

Il-każ huwa kontra ħames individwi u l-kumpaniji li huma affiljati magħhom, u li huma involuti fl-inċident li seħħ fit-3 ta’ Diċembru, 2022, meta binja f’Kordin ġġarfet u rriżultat fil-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

Il-persuni akkużati huma l-Perit Adriana Zammit, Matthew Schembri (fil-kapaċità personali tiegħu, kif ukoll bħala direttur ta’ All Plus Ltd u Whitefrost Company Ltd), Kurt Buhagiar, Miromir Jovicevic u Dijana Jovicevic (fil-kapaċità personali u bħala rapreżentanti ta’ Milmar Construction Ltd).

Fi stqarijja il-PILN ikkwotaw rapport ippublikat minn PILN u The Daphne Caruana Galizia Foundation, “Victims of Malta’s Construction Boom: the fatal wait for accountability.”  fejn jgħid li bejn 2010 u 2022, talinqas 49 ħaddiem tilfu ħajjithom fuq siti tal-kostruzzjoni.

L-applikazzjoni legali ġiiet iffirmata minn l-avukati tal-PILN Christine Bellizzi, Matthew Cutajar, David Zahra u David Bonello, b’David Bonello jkun involut privatament.  

More in Qrati u Pulizija