Alejandro Aviles Gonzalvez, żagħżugħ Spanjol ta’ 25 sena residenti s-Swieqi, wieġeb mhux ħati quddiem il-maġistrat Astrid May Grima, għal involvement ta’ traffikar ta’ droga, kif ukoll importazzjoni u bejgħ ta’ kannabis.
L-arrest ta’ Gonzalvez jasal kważi xahar wara l-kawża relatata ta’ ċittadin Spanjol ieħor, David Jimenez Madrigal, li jiċħad ukoll li importa 400g resin ta’ kannabis bil-posta.
Fid-19 ta’ Settembru, uffiċjali tad-dwana fl-uffiċċji tal-UPS f’Ħal Luqa kienu skoprew pakkett, li nstab li kien fih kaxxa tal-logħba Ludo, li fiha kienu nħażnu madwar 400g resin ta’ kannabis, mibgħuta fi proprjetà ta’ Tas-Sliema.
Minn investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija rriżulta li l-isem fuq il-pakkett kien falz u ħadd ma kien jgħix f’dak l-indirizz.
L-Ispettur Marixxall Mallia qal lill-Qorti li Madrigal u Gonzalvez kienu ġew arrestati meta Madrigal kien mar jiġbor il-pakkett mill-uffiċċju postali f’Ħal Luqa, akkumpanjat minn Gonzalvez.
Iżda Gonzalvez kien insista mal-pulizija li kien qed jakkumpanja biss lil sieħbu u kien qiegħed jistenna barra sakemm Madrigal jiġbor il-posta tiegħu. Huwa ngħata l-libertà proviżorja tal-pulizija filwaqt li l-pulizija investigaw aktar.
Dawk l-investigazzjonijiet kienu jikkontradixxu l-allegazzjonijiet tiegħu, qal l-ispettur, għaliex l-investigaturi kienu skoprew ritratti u chats fuq WhatsApp bejn l-akkużat u numru ta’ kuntatt mniżżel bħala ‘xogħol’ fuq il-mowbajl li jorbtu mal-pakkett tad-droga li ntbagħtu fil-propjetà vojta ta’ Tas-Sliema.
Iċ-chats wrew ukoll li Gonzalvez kien konxju mill-fatt li l-proprjetà kienet abbandunata u kien qal li kien se jistenna l-posta barra fit-triq.
Gonzalvez kien osserva l-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu, qal l-ispettur, iżda dan ġara meta ħaseb li l-pulizija ma kellha l-ebda evidenza kontrih. Qabel ma ta l-indirizz lill-pulizija, Gonzalvez kien ddikjara li qiegħed fuq btala, li ma kien minnu xejn.
L-Ispettur Mallia oġġezzjona għat-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, u qal lill-Qorti li l-imputat kien suspettat li kien parti minn operazzjoni akbar ta’ traffikar ta’ droga minn grupp ta’ ċittadini Spanjoli.
Malli sostna li l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin u hemm ir-riskju li Gonzalvez jaħrab.
L-avukat difensur Franco Debono saħaq li l-akkużat kien dejjem żamm mal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.
Il-qorti, iżda, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tar-reati u r-riskju li l-akkużat jaħrab.
Ħarġet ukoll ordni ta’ ffriżar fuq l-assi kollha ta’ Gonzalvez.
L-avukati Franco Debono u Francesca Zarb kienu avukati difensuri.