Il-Pulizija arrestaw is-suspettati b’rabta ma’ sparatura fi-Gżira

Ġew arrestati żewġt irġiel li allegatament kienu involuti fi ġlieda f'bar li ħalliet it-tielet raġel ferut bi ġrieħi ta' arma tan-nar 

Nhar it-Tlieta ġew arrestati żewġt irġiel li allegatament kienu involuti fi sparatura ġewwa stabbiliment li seħħet kmieni dan ix-xahar fil-Gżira.   L-inċident seħħ fit-3 ta’ Novembru meta wieħed minn tliet irġiel involuti fi ġlieda weġġa’ gravi wara li spara f’sieq ieħor. 

Il-pulizija kienu qed ifittxu lill-aggressur u raġel ieħor li kien qed jakkumpanjah. 

L-investigazzjonijiet wasslu biex il-pulizija identifikaw liż-żewġt irġiel maħruba.  

Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, is-suspetatti ġew arrestati hekk kif il-Pulizija kellha informazzjoni fejn setgħu kienu, u segwewhom, sakemm ġew iċċirkondati f’Birkirkara. 

Wieħed mill-irġiel huwa raġel ta’ 32 sena minn Raħal Ġdid u l-ieħor huwa raġel ta’ 43 sena mill-Imqabba. Huma qed jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija għall-interrogazzjoni.

L-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija