Sfortunatament, Raymond Mifsud, ta’ 58 sena minn Marsaskala li kien involut f’inċident fil-Port Ħieles fl-20 ta’ Ottubru, tilef ħajtu.
Dakinhar tal-inċident, l-awtoritajiet lokali rċevew rapporti fuq żewġ vetturi użati għat-trasport ta’ containers fil-Freeport, Birżebbuġa.
Il-vittma kien qed jużawaħda minn dawn il-vetturi meta ħabat ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mir-Rabat.
Il-Maġistrat Gabrielle Vella kienet bdiet inkjesta dwar l-inċident.
L-inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.