Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia aċċettat rikjesta mid-difiża ta’ Abner Aquilina sabiex dan jintbagħat l-isptar Monte Karmeli għall-kura, f’sala komuni, hekk kif kien oriġinarjament ġie deċiż mill-Qorti s-sena l-oħra.
L-unjin tal’infermermiera ħarġet stqarrija il-Ġimgħa 1 ta’ Settembru fejn allegat li t-tmexxija tal-isptar naqqset milli timplementa miżuri ta’ sigurtà f’dan ir-rigward. Kawża t’hekk, ħarġet direttivi lejn il-membri tagħha li jaħdmu l-isptar Monte Karmeli sabiex jabbandunaw is-sala li qegħdin fiha jekk jitpoġġa hemmhekk Aquilina, ir-raġel li huwa mixli bil-qtil u stupru ta’ Paulina Dembska tal-2022.
Huwa qed ikunu mitluba wkoll ma jeskortawhx lejn Mater Dei u lejn il-Qorti, sakemm ma jkunx akkumpanjat minn żewġ uffiċċjali tal-Pulizija jew tal-ħabs.
Huma qed jitolbu wkoll sigurtà t’24 siegħa kuljum sakemm dan ikun qed jiġi rikoverat fl-isptar Monte Karmeli.
Apparti minn hekk, qed titlob li, sabiex tkun assigurata s-sigurtà tal-pazzjenti l-oħra, dawn ma jibqgħux fl-istess sala m’Aquilina. Ordnat ukoll li l-impjegati m’għandhom jgħinu lil Aquilina jħalli l-kamra tiegħu.
“Hija ħasra kbira li l-Qorti kompletament injorat ix-xhieda tal-Kap Eżekuttiv tal-isptar, Stephanie Xuereb, li saħqed li l-isptar m’għandux faċilitajiet adekwati għal nies li huma daqshekk vjolenti. Hija s-Sala tal-Forensika li għandha dawn il faċilitajiet. Inbniet preċiżament għal dawn it-tip ta’ pazzjenti, xi ħaġa li l-Qorti mhix tirrikonoxxi.”