267 vettura jitwaqqfu waqt spezzjonijiet fit-toroq il-lejl li għadda

Fost l-infrazzjonijiet, kien hemm min inqabad isuq bla liċenzja kif ukoll min inqabad b’pussess sempliċi ta’ droga

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 25 t’Awwissu u s-Sibt 26 t’Awwissu, saru numru ta’ spezzjonijiet fuq vetturi fit-toroq.

Dan saru b’koordinazzjoni bejn il-Korp tal-Pulizija, Transport Malta u l-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA). Kienu involuti wkoll membri tas-Servizzi tad-Detenzjoni, minħabba tfittxijiet marbutin mal-immigrazzjoni irregolari.

Dawn l-ispezzjonijiet saru fiċ-ċentru tal-pajjiż, partikolarment fil-Belt Valletta u l-Furjana, fejn twaqqfu 267 vettura.

Minn dawn, kien hemm min inqabad isuq bla liċenzja kif ukoll min inqabad b’pussess sempliċi ta’ droga.

Kien hemm ukoll vetturi li ġew irmunkati għalhiex ma kienux f’kundizzjoni tajba għat-triq.

More in Qrati u Pulizija