Il-Pulizija tfittex ħalliel li wettaq serqa f'ħanut tal-logħob f'San Pawl il-Baħar

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15am, u meta ġiet infurmata, il-Pulizija marret minnufih fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari, rriżulta li raġel mgħammad u armat b'sikkina daħal fil-ħanut u talab impjegata biex tagħtih il-flus

Il-Pulizija qed tfittex raġel li aktar kmieni t-Tnejn wettaq serqa minn ħanut tal-logħob fi Triq il-Qroll, San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15am, u meta ġiet infurmata, il-Pulizija marret minnufih fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari, rriżulta li raġel mgħammad u armat b'sikkina daħal fil-ħanut u talab impjegata biex tagħtih il-flus.

Huwa ħarab minn fuq il-post bil-flus kontanti f'idejh, u l-impjegata, Taljana ta' 23 sena, ma weġġgħetx.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija