Jitresqu akkużi b’konnessjoni mal-inkjesta Vitals

Is-sit illum.com.mt jifhem li tressqu akkużi kriminali fil-Qorti kontra l-eks prim ministru Joseph Muscat, Keith Schembri u l-eks ministru Konrad Mizzi

Il-pulizija ħarġet akkużi kriminali kontra 19-il individwu b’rabta mal-inkjesta tal-Vitals Global Healthcare illum waranofsinhar.

Il-MaltaToday irraportat li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri u l-eks ministru Konrad Mizzi huma fost dawk li qed jiffaċċjaw akkużi kriminali. 

Diversi impjegati taċ-ċivil huma wkoll maħsuba li huma fost l-akkużati.

Numru ta’ sorsi qalu lil li l-akkużi jinkludu korruzzjoni u frodi sa €30 miljun.

F’kummenti separati lil MT, l-eks President tal-NGO Repubblika, in-nutar Robert Aquilina, ikkonferma wkoll li tressqu akkużi kriminali kontra l-persuni indikati mill-maġistrat inkwirenti.

Aquilina qal li l-NGO ġiet infurmata b’email mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali nhar it-Tnejn.

F’post fuq Facebook it-Tnejn wara nofsinhar, Joseph Muscat qal li lest għall-ġlieda kontra min irid “jfittex vendetta kontra l-Maltin”.

Hu mifhum li mill-inqas 19-il akkużat se jitressqu l-Qorti b’taħrika u mhux taħt arrest. Dan jikkuntrasta każijiet simili ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni, bħal dawk li kienu jinvolvu lil Keith Schembri u Adrian Hillman fil-każ tal-Progress Press, meta l-akkużat tressaq taħt arrest.

L-Avukat Jason Azzopardi, li qed jirrappreżenta lill-NGO fil-każ, ħabbar fuq Facebook li tressqu akkużi kontra Muscat, Mizzi u Schembri.

"Dan huwa kapitlu ġdid għal pajjiżna," qal.

Il-Maġistrat Gabriella Vella, li kienet qed tinvestiga l-bejgħ ta’ tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals Global Healthcare, ikkonkludiet ir-rapport tagħha u għaddietu lill-Avukat Ġenerali l-ġimgħatejn ilu.

More in Qrati u Pulizija