Raġel jinħeles mill-arrest wara akkużi li spara u qatel żewġt iklieb

Il-Maġistrat Simone Grech laqgħat it-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija tliet darbiet f’ġimgħa. L-akkużat ġie ordnat iħallas ukoll depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000

Raġel ta’ 51 sena li kien arrestat b’rabta mal-qtil ta’ żewġt iklieb f’Sannat f’Għawdex inħeles mill-arrest, wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Huwa ġie mixli b’moħqrija ta’ annimali u pussess ta’ arma mingħajr liċenzja fost oħrajn. Il-każ seħħ it-Tnejn filgħodu, hekk kif żewġ Fox Terriers instabu mejta f’Sanat b’tiri ta’ arma tan-nar.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest tad-difiża. Id-difiża argumentat li ma kienx hemm biża’ ta’ iltraċ tal-provi, hekk kif l-imputat qal li se jobdi l-kundizzjonijiet kollha tal-Qorti. 

Il-Maġistrat Simone Grech laqgħat it-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija tliet darbiet f’ġimgħa. L-akkużat ġie ordnat iħallas ukoll depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

More in Qrati u Pulizija