Fr David Muscat b'sentenza sospiża wara li nstab ħati li uża kliem ta' mibgħeda

Fuq Facebook Fr David Muscat kien kiteb ċar u tond li "l-gayyaġni" huwa agħar milli li persuna tkun imxajtna.

Fr David Muscat ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn, wara li f’appell, instab ħati li uża diskors ta’ mibgħeda.

Huwa kien ġie liberat mill-akkużi fil-konfront tiegħu f’Settembru tas-sena l-oħra, iżda l-Avukat Ġenerali appella dik id-deċiżjoni.

Il-każ huwa marbut ma’ kummenti li għamel Muscat fuq Facebook, fejn kien qal li jekk persuna tkun omosesswali, huwa agħar milli tkun ipposseduta mix-xitan. Dan b’referenza għal Abner Aquilina, li huwa mixli bi qtil atroċi ta’ Paulina Dembska.

L-Arċisqof Charles Scicluna kien wissa formalment lis-saċerdot, fejn qallu biex ma jgħaddix kummenti offensivi.

Il-Qorti ma qablitx mad-deċiżjoni li kienet ngħatat sena ilu, hekk kif iddikkjarat li dak li qal Muscat kien offensiv, u appella għal aktar kawtela meta wieħed jikkummenta fuq il-mezzi soċjali.

More in Qrati u Pulizija