Għadu ħiereġ minn tliet snin ħabs u reġa' spiċċa arrestat wara li attakka pulizija

Ir-raġel qed jiffaċċja wkoll akkużi relatati mal-imġieba xejn tajba tiegħu, waqt li kien fl-Għassa tal-Pulizija f'San Ġiljan. 

Eks-ħabsi li kien qed jiċċelebra għax sab xogħol spiċċa lura taħt arrest wara li attakka uffiċjal tal-pulizija. Ir-raġel ta' 39 sena mil-Libja, li diġà kellu tliet akkużi fil-konfront tiegħu relatati ma' serq aggravat kien akkużat li hedded, attakka u kkawża ġrieħi ħfief fuq pulizija ħdejn il-Ġnien ta' Sipinola f'San Ġiljan. 

Huwa qed jiffaċċja wkoll akkużi relatati mal-imġieba xejn tajba tiegħu, waqt li kien fl-Għassa tal-Pulizija f'San Ġiljan. 

L-akkużat għadu kemm ħareġ mill-ħabs wara tliet snin u kien qed jixrob wara li sab impjieg, bl-avukat tiegħu jgħid illi r-raġel se jkun qed jibda programm ta' rijabilitazzjoni. 

Minkejja t-talba għall-ħelsien mill-arrest, din ma ntlaqgħetx hekk kif il-Qorti qalet li mhix konvinta li l-akkużat se jobdi l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija