Il-Qorti ma tilqax it-talba ta' Fenech biex Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni fil-qtil ta' Caruana Galizia

Yorgen Fenech qed jisħaq, fost oħrajn, illi Arnaud kien qed jgħaddi informazzjoni dwar l-investigazzjoni lil Keith Schembri, inkluż dettalji dwar l-arrest tat-tlet suspettati: George u ħuh Alfred Degiorgio kif ukoll Vince Muscat. 

L-attentat ta' Yorgen Fenech biex ineħħi lill-Ispettur Keith Arnaud mill-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma kintix milqugħa mill-Qorti dalgħodu, f'kawża Kostituzzjonali li kien fetaħ l-istess Fenech kontra l-Avukat Ġenerali, il-Ministru tal-Intern u Arnaud. Fenech - li qed jistenna biex jitressaq quddiem ġuri fuq l-allegat involviment fl-assassinju tal-ġurnalista - kien qed jisħaq illi Arnaud kellu kunflitt ta' ineteress minħabba r-relazzjoni li kellu mal-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri. Fil-fatt Arnaud kien - allegatament - staqsa għall-assistenza mingħand Keith Schembri sabiex martu tkun tista' ssib xogħol, li eventwalment kienet impjegata ma' Infrastructure Malta. 

Fenech qed jisħaq ukoll illi Arnaud kien qed jgħaddi informazzjoni dwar l-investigazzjoni lil Keith Schembri, inkluż dettalji dwar l-arrest tat-tlet suspettati: George u ħuh Alfred Degiorgio kif ukoll Vince Muscat. Huwa qal ukoll li s-Supretendent kien qallu biex joqgħod attent lil min jimplika fl-assassinju, xi ħapa li wara rriżultat bħala referenza għal Schembri. 

Minkejja dan, f'sentenza mogħtija mill-Imħallef Lawrence Mintoff il-Qorti ma laqgħetx it-talbiet ta' Fenech, bil-Qorti tgħid illi jekk Yorgen Fenech kellu xhieda inkriminanti dwar Schembri messu fetaħ il-każ quddiem il-Qorti tal-Maġistarti. 

More in Qrati u Pulizija