Wasal tard, ma kienx jaf fuq xhiex inhu t-test spiċċa fi ftit ħin... Imma xorta għadda

Ikompli jinstema' l-każ ta' allegata korruzzjoni fl-għoti tal-liċenzji minn Transport Malta

Waqt li kompla l-każ kontra tliet uffiċjali ta' Transport Malta illi qed ikunu akkużati li mexxew racket korrott li jitratta testijiet tas-sewqan intqal li kandidat partikolari b'xi mod spiċċa u għadda t-test tat-teorija tas-sewqan f'inqas minn nofs il-ħin allokat, minkejja li kien wasal tard u ma kienx ippreparat. 

Diversi xhieda sa issa xehedu quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello fil-każ kontra l-eks Direttur fi Transport Malta Clint Mansueto, l-eks Kunsillier Philip Edrick Mifsud u Raul Antonio Pace li lkoll qed jiċħdu l-akkużi miġjuba kontrihom. 

Sheila Cutajar - impjegata fit-Testing Centre - qalet illi kien hemm okkażjoni fejn tliet kandidati li kien semma Zammit kellhom jiġu mgħejjuna minn Tradutturi. Wieħed minn dawn il-kandidati wasal tard u lanqas biss kien jaf fuq xhiex se jkun eżaminat. Imma t-traduttur qal li dan l-applikant xorta għandu jagħmel it-test. Hija ftakret kif kien wasal ħin l-għeluq imma l-applikant ingħata 100 minuta. Minflok dam biss tliet kwarti. 

Wieħed mill-persuni li ssemmi x-xhieda kien Marcus Galdes., li qalet illi kien falla t-test tat-teorija fl-ewwel żewġ attentati imma għadda mat-tielet darba, kif falla żewġ testijiet tal-Kategorija Ċ imma għadda mat-tielet darba. Wara għadda mil-liċenzja tal-Kategorija D. 

More in Qrati u Pulizija