'Seraq yoghurt, tonn taż-żejt u wraps, biex ikun jista' jiekol'

Żagħżugħ li ma għandux fejn jgħix jitressaq quddiem il-Qorti akkużat b'serq ta' ikel u anke ta' mowbajl

Raġel li ma għandux fejn jgħix kien akkużat b'serq, fosthom ta' ikel biex ikun jista' jmantni lilu nnifsu. Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena mis-Somalja ammetta l-ħtija bl-Avukat tiegħu David Bonello jirrimarka kif is-serqiet kienu żgħar. "Seraq yoghurt, tonn taż-żejt u wraps, biex ikun jista' jiekol" qal Bonello filwaqt li sostna illi sentenza ta' priġunerija tkun biss qegħda tipposponi l-problema, hekk kif jerġa' jispiċċa fit-triq fi ftit ġimgħat. 

Minkejja dan, apparti l-ikel l-akkużat qed ikun akkużat ukoll illi seraq mowbajl, bl-akkuża tkun ta' serq aggravat. 

Il-Prosekuzzjoni u d-Difiża qablu li l-akkużat għanfu jingħata sentenza sospiża, bil-Qorti mistennija tiddeċiedi l-ġimgħa d-dieħla. 

More in Qrati u Pulizija