Raġel jitlob li jitħallas €10,000 biex jieqaf jiġri wara t-tfajla tal-vittma

Huwa jiġi akkużat li ħareġ sikkina waqt argument mal-għarus ta' din il-mara...

Żagħżugħ ta' 23 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta illi uża sikkina fi ġlieda ma' raġel ieħor, li seħħet minħabba li l-akkużat beda jiġri wara l-għarusa tar-raġel li kien attakkat. Iż-żagħżugħ deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud u kien akkużat illi hedded, attakka u weġġa' ħafif lill-allegat vittma, filwaqt li kien akkużat ukoll illi kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr il-permess tal-pulizija. 

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat kien qed jiġri wara mara li kienet diġà f'relazzjoni, bis-sieħeb ta' din it-tfajla jwissih f'messaġġ biex lit-tfajla tiegħu iħalliha bi kwietha. L-akkużat qallu li jaċċetta illi jagħmel dan, basta jħallsu €10,000. 

Ftit jiem wara l-irġiel raw lil xulxin fil-pjazza ta' Raħal Ġdid fejn bdew jitgħajru u joffendu lil xulxin, bil-konfront jeskala għal argument u l-akkużat saħnsitra joħroġ sikkina. 

L-akkużat wieġeb mhux ħati u ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €2,000. 

L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri deheru bħala difiża għall-akkużat.

 

 

More in Qrati u Pulizija