Kixef il-parti tiegħu quddiem tifla ta' 12-il sena... qabel staqsieha jekk tħobbx l-irġiel jew in-nisa

Raġel ta' 41 sena akkużat quddiem il-Qorti llum illi kkorompa minuri wara li espona lilu nnifsu quddiemha

Raġel ta' 41 sena mill-Fgura kien akkużat b'numru ta' reati, fosthom illi kkorrompa minuri wara li allegatament espona lilu nnifsu lil tifla ta' 12-il sena, li baqa' jsegwi sa parkeġġ li kien qiegħed xi ftit jew wisq imwarrab. Kienet omm it-tifla li marret l-għassa tal-Pulizija ta' Raħal Ġdid fejn għamlet rapport ftit wara l-inċident. L-akkużat kien identifikat wara li kienu analizzati filmati CCTV li kienu installati fuq il-post. 

Sean Azzopardi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li qed imexxi l-Prosekuzzjoni, qal illi l-omm irrapportat kif raġel, li bintha ma kinitx taf kien fil-karozza tiegħu u xħin għaddiet staqsieha jekk tħobbx in-nisa jew inkella l-irġiel. Huwa baqa' jsuq warajha sakemm waslet f'parkeġġ li kien xi ftit jew wisq imwarrab u f'dan il-punt waqaf u kixef il-parti tiegħu quddiem it-tifla ta' 12-il sena. Hija telqet tiġri mbeżża'.

Azzopardi, flimkien mal-Ispetturi Kylie Borg u Sarah K Zerafa akkużaw lir-raġel illi kkorrompa minuri, li ssuġġettaha għal atti ta' natura sesswali mhux mixtieqa jew kunsenswali kif ukoll li għadda materjal indiċenti lil din it-tifla. 

Id-difiża talbet biex isem l-akkużat - li huwa Malti - ma jissemmiex, iżda l-Qorti ma aċċettatx din it-talba. Id-Difiża insistiet ukoll li l-akkużat għandu impjieg, għandu kondotta nadifa u huwa konxju tal-konsegwenzi ta' ksur tal-ħelsien mill-arrest. Minkejja dan il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u talbet lit-tifla biex tixhed fl-ewwel seduta tal-kumpilazzjoni tal-evidenza. 

More in Qrati u Pulizija