Mara li attakkat lil ġara bi flixkun ma tingħatax il-ħelsien mill-arrest

Il-Qorti eventwalment irrifjutaw il-ħelsien mill-arrest, minħabba l-prossimità bejn iż-żewġ partijiet (ġirien) u anke minħabba li tqis illi l-karattru tal-akkużat mhuwiex affidabbli

Mara ta' 36 sena inżammet taħt arrest wara li weġġgħat lil ġara tagħha bi flixkun. Hija kienet akkużata wkoll illi ma ffirmatx il-ktieb fl-għassa kif kienet ordnata tagħmel fuq każ separat.

L-Ispettur tal-Pulizija Paul Camilleri qal lill-Maġistrat Josette Demicoli li mara kienet fetħet rapport fl-għassa tal-pulizija, wara argument bejna u l-akkużat. Għalkemm għall-ewwel il-mara ma setgħetx tinstab, eventwalment kienet arrestata. Hija iżda rrifjutat li twieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija. 

L-avukat Difensur Carmelo Mifsud Bonnici irrimarka illi l-ġrieħi tal-vittma kienu ħfief u argumenta illi kwalunkwe ksur tal-ħelsien mill-arrest għad irid jkun ippruvat u li allura f'dan il-punt din mhijiex raġuni valida biex il-ħelsien mill-arrest ikun miċħud. Huwa insista li l-akkużat ma bdietx il-ġlieda hi, kif qal li juru ċ-ċertifikati mediċi. Iżda l-Prosekuzzjoni sostniet li l-akkużat ma għandhiex tinħeles minħabba "l-karattru tagħha mimli rabja." 

Il-Qorti eventwalment irrifjutaw il-ħelsien mill-arrest, minħabba l-prossimità bejn iż-żewġ partijiet (ġirien) u anke minħabba li tqis illi l-karattru tal-akkużat mhuwiex affidabbli. 

More in Qrati u Pulizija