Xhud importanti jixhed wara l-bibien magħluqa fil-każ kontra tal-Maksar u sħabhom

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali insista li wieħed mix-xhieda huwa ta’ natura sensittiva ħafna u x-xhieda tiegħu tista’ tippreġudika każi oħra

Illum kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Robert u Adrian Agius, tal-Maksar, George Degiorgio u Jamie Vella iżda parti kbira mis-seduta kienet wara l-bibien magħluqa.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Prosekutur mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali informa lill-Qorti li wieħed mix-xhieda huwa ta’ natura sensittiva ħafna u x-xhieda tiegħu tista’ tippreġudika każi oħra.

Talab ukoll projbizzjoni mill-pubblikazzjoni ta’ ismu.

Il-Qorti staqsiet lid-Difiża jekk toġġezzjonax iżda l-Avukat Alfred Galea insista li għalxejn joġġezzjona.

Fi kliemu, fl-aħħar seduti oġġezzjona ħafna drabi imma għalxejn.

Għalhekk is-seduta kompliet bil-bibien magħluqa.

More in Qrati u Pulizija