Jiftaħ protest ġudizzjarju għax jgħid li l-BMW tiegħu tbattlet waqt li kienet taħt il-kustodja tal-pulizija

L-eks footballer Jeffrey Chetcuti jgħid illi meta ngħata l-permess li jieħu l-karozza tiegħu lura mill-Qorti, sab il-bibien maqlugħin....

L-eks footballer Jeffrey Chetcuti - akkużat bi traffikar ta' fjuwil mil-Libja flimkien mal-eks footballer Darren Debono, fetaħ protest quddiem il-Qorti wara illi qal li l-karozza tiegħu, tat-tip BMW 420M Sports, li kienet maqbuda mill-pulizija litteralment tbattlet kollha, waqt li kienet taħt il-kustodja tal-istess pulizija. 

Fil-protest kontra l-Avukat tal-Istat u l-Kummissarju tal-Pulizija, iffirmat mill-avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran, Stefano Filletti u Margo Zammit Fiorentina, Chetcuti qal li meta talab li jieħu lura l-vettura tiegħu li jgħid illi tiswa' €30,000 u li kienet ikkonfiskata mill-pulizija fl-2020, sab li l-bibien tal-karozza kien maqlugħin, kellha t-tapizzerija kollha maqlugħa u saħansitra l-airbags maqlugħin ukoll. 

Fil-Protest Ġudizzjarju l-avukati qalu illi Chetcuti għadu preżunt innoċenti u li d-Difiża falliet milli tirrispetta l-obligazzjonijiet tagħha illi taċċerta li l-oġġetti li huma tal-akkużat ikunu siguri. 

More in Qrati u Pulizija