L-El Hiblu kellu t-tagħmir li bih jiġi trakkat mitfi waqt li biddel ir-rotta lilhinn minn Tripli

Il-Gvern Malti akkuża lil tliet żgħażagħ immigranti b'reati diversi, wara hijack tal-bastiment El Hiblu I

L-El Hiblu
L-El Hiblu

It-Tanker El Hiblu I li allegatament kien hijacked fl-2019 minn immigranti li kienu salvati mill-baħar  kellu it-tagħmir li bih jiġi trakkat mitfi, filwaqt li kien qed isuq b'ħeffa lejn Tripli. Dan qalu espert tal-Qorti, hekk kif illum kien qed jixhed fuq il-każ, li fih tliet żgħażagħ immigranti mill-Kosta tal-Ivorju u Guinea qed ikunu akkużati b'dan il-hijack. Dan il-hijack sar, hekk kif dawn flimkien ma' 105 immigranti oħrajn ma riedux iħallu lill-kaptan tal-El Hiblu jeħodhom lura l-Libja. 

Il-Gvern Malti akkuża lil dawn it-tliet żgħażagħ b'reati diversi, uħud li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u li huma punibbli b'piena massima ta' ħabs. 

L-esperti esebew rapport li kien ppreparat f'April 2019 u li jirrigwarda l-inċident. Dan jagħti dettalji tal-avvenimenti ta' kif ġraw u kif, fost oħrajn fis-6:11 a.m. il-vapur kien qed isalpa lejn Tripli iżda mbagħad dawwar id-direzzjoni. Fit-28 ta' Marzu reġa' dawwar id-direzzjoni u beda jersaq lejn pajjiżna. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li bħalissa qed tistenna lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qabel tmexxi 'l quddiem bl-evidenza. 

Il-każ kien aġġornat għat-22 ta' Novembru. 

 

 

More in Qrati u Pulizija