Raġel jitressaq il-Qorti b'rabta ma' elenku ta' serqiet minn karozzi

Is-serqiet seħħew fl-aħħar ta' Awwissu...

Raġel kien akkużat b'rabta ma' serq minn karozzi fil-Marsa u Ħal Qormi. Meta tressaq quddiem il-Masġistrat Victor Axiak l-Ispetturi Andy Rotin u Mark Cremona akkużaw lir-raġel Libjan ta' 42 sena illi kisser il-ħġieġa ta' żewġ karozzi u seraq flus kontanti u tagħmir elettroniku minnhom. Huwa kien akkużat ukoll illi meta wettaq dawn ir-reati, bejn it-30 u l-31 ta' Awwissu, kien riċediv. 

Ir-raġel, li bħalissa ma għandux fejn jgħix qal lill-Qorti illi hu kien jaħdem bħala plasterer imma li bħalissa ma għandux impjieg. Qal ukoll li lanqas biss jaf il-ġenituri tiegħu humiex ħajjin jew le, hekk kif ilu ma jarahom 10 snin. 

L-akkużat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk baqa' taħt arrest. 

 

More in Qrati u Pulizija