Jitlef ħajtu Luca Curmi; ħaddiem ta' 29 sena mill-Munxar

Curmi kien qiegħed jaħdem f'sit ta' kostruzzjoni, fil-Munxar stess 

Illum għall-ħabta tal-11a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa Triq Damasku, il-Munxar. Mill-istħarriġ preliminari li sar fuq il-post irriżulta li ħaddiem ta' 29 sena, aktar tard identifikat bħala Luca Curmi, waqa' madwar erba' sulari f'sit tal-kostruzzjoni. 

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. 

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija