Tliet uffiċjali ta’ Transport Malta akkużati b’korruzzjoni … Jimplikaw Ministru

Fil-Qorti illum nstema’ każ ta’ korruzzjoni fejn jidħlu testijiet tat-teorija tas-sewqan li jinvolvi fih tliet uffiċjali ta’ Transport Malta inkluż Clint Mansueto, direttur ta’ Transport Malta

Ministru, li s'issa għadu ma ġiex imsemmi b'ismu, ġie marbut ma’ każ ta’ korruzzjoni fejn jidħlu testijiet tat-teorija tas-sewqan li jinvolvi fih tliet uffiċjali ta’ Transport Malta. Dawn qed jiġu akkużati li għenu lis-sewwieqa li qed jitgħallmu t-test jgħaddu mill-eżami.

Clint Mansueto, direttur ta’ Transport Malta, u uffiċjali Raul Antonio Pace u Philip Edrick Zammit, ċaħdu akkużi ta’ korruzzjoni meta dalgħodu dehru l-Qorti.

Il-Qorti semgħet kif waqt li Mansueto kien għaddej mill-interrogazzjoni tal-pulizija huwa espriema li "ħassu taħt pressjoni" sabiex jgħin ċerti nies jgħaddu mit-test “għax kienu qed jaħdmu f’villa ta’ Ministru tal-Gvern”.

L-investigazzjonijiet dwar it-tlieta nbdew minn email mibgħuta lill-pulizija fl-2020. Din l-email intbagħtet minn persuna li s-servizzi tagħha kienu regolarment mitluba mill-awtorità tat-trasport biex tassisti kandidati barranin li ma kinux jafu l-Malti jew l-Ingliż waqt it-test tat-teorija. F'kelma waħda dak li bil-Malti nsejħulu 'traduttur.

Xogħlu f'dan il-każ huwa li jaqra u jittraduċi mistoqsijiet iżda t-traduttur sostna li Manusueto kkuntattjah diversi drabi biex jgħidlu jindika t-tweġiba t-tajba lill-istudenti.

L-istess traduttur spjega kif Mansueto sejjaħlu fl-uffiċċju tiegħu fil-Furjana u qallu li “wieħed jew żewġ studenti kellhom bżonn l-għajnuna” u għalhekk kellu jagħti ħjiel dwar it-tweġiba t-tajba.

"Jien kont obbligat għaliex kont qed nirċievi sejħiet dwarhom mill-Ministeri," qal Mansueto meta mistoqsi dwar dan.

Fil-Qorti instegħma wkoll kif żewġ studenti kienu ta’ nazzjonalità Pakistana u Albaniż, filwaqt li t-tielet student kien Malti. Kemm l-istudent Pakistan u anke l-Albaniż, allegatament għaddew mit-test wara li t-traduttur tahom għajnuna bit-tweġibiet korretti waqt li l-uffiċjal Philip Edrick Zammit kien allegatament jibqa' preżenti sakemm jispiċċaw it-testijiet.

Instabu wkoll chats ta' nies ta' partit politiku b'informazzjoni dwar kandidati li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan tagħhom

F'dawn it-tliet każijiet, it-traduttur irċieva ħlas fi flus kontanti mingħand Mansueto minflok paga normali dritt fil-kont tal-bank.

Il-Pulizija ntraċċat ukoll messaġġ mibgħut lill-Ministru dwar wieħed mill-kandidati u l-istess messaġġ irċieva risposta mill-istess Ministru. Hawn fejn il-Pulizija fittxew fl-uffiċċju ta’ Mansueto fi Transport Malta u sabu żewġ djarji li fihom kien hemm diversi ismijiet, numri tal-ID u dati ta’ eżamijiet tas-sewqan relattivi.

Fuq il-mobile tiegħu nstabu wkoll chats ma' nies ta' partit politiku, li maġiex imsemmi fil-Qorti, b'informazzjoni dwar kandidati li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan tagħhom. 

Eżaminaturi li kienu qed jieħdu ħsieb eżamijiet tas-sewqan qalu lill-investigaturi li Mansueto u Zammit xi drabi kienu jibagħtu għalihom filgħodu, u hemm jimmarkaw minn lista ta’ kandidati, dawk l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna.

Xi wħud minn dawk l-eżaminaturi kienu ġodda u “beżgħu jgħidu le, peress li beżgħu li jitilfu xogħolhom,” xehed l-ispettur.

More in Qrati u Pulizija