Ħaddiem isofri ġrieħi gravi f'sit ta' kostruzzjoni hekk kif waqa madwar sular u nofs għoli

Filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin, l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa 

Ilbieraħ għall-ħabta ta' 113:30p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa sit ta' kostruzzjoni fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, weġġa' wara li waqa' madwar sular u nofs waqt li kien qed jaħdem. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija