Sid ta' negozju jingħata ħelsien mill-arrest fuq akkuża li froda €190,000

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba mill-ħelsien għax tisħaq li akkużat kellu konessjonijiet fis-Serbja 

Sid ta' negozju, tressaq il-Qorti fuq l-akkuża li iffroda raġel li sellfu l-flus għan-negozju - bil-ħsieb li jkollu qligħ minnu - u b'miżapproprjazzjoni ta' somma flus, li jammontaw għal €190,000.

In-negozjant ta' 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest fuq l-argument li ż-żewġ ordnijiet ta' sekwestru li saru mill-vittma, ġew irtirati mill-istess vittma qabel ma' ttella l-Qorti l-akkużat u għaldaqstant din titfa' dubju fuq l-allegazzjonijiet tal-vittma. 

Madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba għax l-akkużat kellu konessjonijiet b'saħħithom ma' persuni li jgħixu barra minn Malta, b'mod partikolari fis-Serbja. Minkejja dan il-Qorti xorta tagħtu ħelsien mill-arrest fuq xi kundizzjonijiet 

More in Qrati u Pulizija