Jammetti li seraq minn kaxxi tad-donazzjonijiet ta' knejjes fil-Belt Valletta

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi. Il-Qorti laqgħet talba tal-avukat difensur biex jitfassal rapport ta’ qabel is-sentenza

Ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta u l-Pulizija għall-Komunità, wasslet għall-arrest ta' raġel ta’ 25 sena residenti l-Imsida, b’rabta ma’ diversi serqiet.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li matul dan ix-xahar, ir-raġel kisser u seraq flus minn kaxxi tad-donazzjonijiet minn numru ta' knejjes fil-Belt u l-Furjana, kif ukoll wettaq serq minn xi ħwienet fil-Belt.

Raġel mill-Imsida ammetta li seraq minn ħwienet u kaxxi tal-ġbir tal-karità fi knejjes madwar il-Belt Valletta

Ir-raġel ta’ 25 sena tressaq il-Qorti illum wara nofsinhar, akkużat b’7 akkużi ta’ serq aggravat u akkuża ta’ attentat ta’ serq.
Huwa kienet akkużata wkoll li qed jgħix ħajja inattiva kif ukoll li kienet reċediva.

L-Ispettur tal-Pulizija tal-Prosekuzzjoni qal lill-Qorti li s-serqiet kienu saru kollha bejn is-6 u d-19 ta’ Lulju, l-aktar għall-ħabta tas-2 jew tat-3 ta’ filgħodu. Il-knejjes allegatament misruqa jinsabu kollha fil-Belt Valletta.

Ir-raġel li hu ċittadin Malti mit-twelid, diġà kien magħruf mal-pulizija, wara li ġie akkużat li weġġa’ gravi turist Olandiż anzjan, li allegatament aggredih b’siġġu f’ristorant lura fl-2018.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi. Il-Qorti laqgħet talba tal-avukat difensur biex jitfassal rapport ta’ qabel is-sentenza.
Huwa ma ngħatatx il-libertà proviżorja sakemm jitlesta dan ir-rapport.

More in Qrati u Pulizija