Ġimgħat ilu din il-gazzetta tkellmet mal-Avukat Anna Mallia li stqarret mal-ILLUM li pajjiżna għandu problema sejra fejn tidħol ir-riżorsa umana fil-kamp tal-Forensika. Tant li dan iwassal biex ixekkel il-proċess ġudizzjarju u jwassal għal riperkussjonijiet serji oħra, fosthom id-dewmien.
Kien għalhekk li l-ILLUM għamlet numru ta’ mistoqsijiet kemm lill-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulzija ta’ Malta (MPFSL) li joffri servizzi forensiċi varji taħt saqaf wieħed kif ukoll lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport. Meta staqsiet kemm hawn persuni li huma mħarrġa fil-forensika f’Malta ma ngħatat l-ebda ċifra iżda l-laboratorju ikkjarifika li huwa kompost kemm minn uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll minn uffiċjali Ċivili u dawn huma mħarrġa f’oqsma differenti skont is-sezzjoni li jservu huma.
Dawn is-sezzjonijiet jinkludu l-unit tax-xena tar-reat (crime scene unit), il-unit li jieħdu r-ritratti u l-vidjows, il-unit balistiku u tal-armi, il-unit nazzjonali tal-eżaminazzjonijiet tad-dokumenti, il-unit li jieħu ħsieb il-marki tas-swaba (fingerprint), unit nazzjonali li janaliżża l-marki tas-swaba u li għandu database apposta għalihom kif ukoll unit li fih għandu database tad-DNA.
L-ILLUM staqsiet ukoll jekk l-MCAST għandiex tintroduċi dan il-kors u jekk l-Università ta’ Malta għandiex tħeġġeġ aktar studenti. Għal dan, huma wieġbu li l-Korp tal-Pulizija minn dejjem kellu kooperazzjoni b’saħħitha ma’ istituzzjonijiet edukattivi f’Malta u għalhekk ma teskludix kull tip ta’ idea li tista’ tqum u tiġi esplorata biex aktar studenti jiġu mħeġġa jattendu korsijiet, bħalma huwa tal-forensika.
Din il-gazzetta bagħtet għadd ta’ mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u s-Sport bil-għan li tieħu idea tal-persuni kurrenti li jattendu għall-kors tal-forensika u jekk hemmx interess lejh. L-ILLUM staqsiet:
-
Jekk le, kif se jiġu attirati aktar studenti lejh?
-
Għaliex dan il-kors huwa offrut fuq livell ta’ ‘Masters’ u mhux kors tal-Baċċellerat?
-
Mil-lat ta’ MCAST, għaliex mhux jiġi offrut dan il-kors?
Madankollu, bqajna bla risposta.